Sfortunatament il-ġimgħa l-oħra Josephine ħadet qatgħa kbira, hekk kif kellha inċident perikoluż. Dan ġara meta marret biex taqsam it-triq u weħlitilha ż-żarbuna, bil-konsegwenza li waqgħet u ġiet taħt vettura.

Josephine tgħid li minnufih xħin waqgħet pruvat tiġbed il-handbag biex tipprova tqum, iżda ma rnexxilhiex. B'xorti tajba rawha xi nies u anke ġew jgħinuha, fil-waqt li bdew jgħajjtu lix-xufier. "Kien se jistartja l-ieħor mhux qed jarani taħtu. In-nies bdew jgħajjtu... miskin ix-xufier tagħtu rasu."

Ix-xufier kien maħsud hekk kif ħaseb li b'xi mod seta' laqagħtha. Nirringrazzjaw lil Bambin li ma ġietx agħar, u li kien hemm nies twajba u assertivi li marru biex jgħinu lil Josephine. 

Kemm irridu noqogħdu b'seba' għajnejn fit-triq! Araw x'irrakkuntat waqt TVAM Josephine. Aħna grati li tinsab tajba Josephine, ħu ħsieb għażiża!


Kyle Zarb