L-attur Ray Calleja kien fost il-mistednin waqt Sibtek riċentament, u fost l-isfidi li kellu, ried ibigħ prodott f'rokna tat-teleshoping. 

Il-preżentaturi Ryan u Josmar jgħidulu li waqt li qed jiddeskrivi l-prodoitt biex ibigħ irid juża bilfors il-kliem, "Isa ħej!", "X'kobor!" u "komdu". Ray irnexxielu jużahom sew u nistgħu ngħidu li sab diversi modi kif jiddeskrivi l-prodott.

Il-volum ta' leħnu huwa kemxejn għoli, u dan fakkar lil Ryan f'xi ħaddieħor li forsi ġieli rajnieh u smajnieh fl-irkejjen tat-teleshopping.

Idħol HAWN biex issegwi t-teleshoping ta' Ray u l-programm Sibtek.


Kyle Zarb