Tajjeb li tibda l-ġurnata b'mod pożittiv u bi ftit eżerċizzju. Kieku kulħadd jibda l-ġurnata hekk, taf naraw aktar nies jitbissmu matul il-ġurnata. Grazielle fuq l-instagram stories xeħtet filmat ta' kif hi tibda l-ġurnata tagħha.

Dawk li jsegwu lil blogger, li ħafna minnkom jafuha wkoll bħala preżentatriċi jafu li tista' tgħid din hi r-rutina tagħha ta' kuljum. Grazielle tgħid li l-ħajja ddur madwar l-enerġija li nagħżlu. Hi tgħid ukoll ejjew naqsmu aktar imħabba mhux biża' jew mibgħeda.

Tajjeb nieħdu spunt ukoll li Grazielle titrenja barra, tieħu vantaġġ minn natura lokali u tgawdi x-xenarju sabiħ li gżejjer Maltin għandhom x'joffru. Ma tkunx idea ħażina li kieku nitħajru ftit minnha u nibdew il-ġurnata b'doża tajba ta' enerġija. Prosit Grazielle!

Facebook / Grazielle Camilleri Ahlgren


Emil Calleja Bayliss