Shasha Fabri kienet mistiedna waqt il-programm Awla, fejn tkellmet dwar it-telfa ta' ommha xhur ilu. Shasha ssemmi fost l-oħrajn mumenti meta kienet iċċempel ta' spiss. Illum il-ġurnata tixtieq tirċievi imqar telefonata waħda.

"Issa li ġej il-Milied, kerha, għax il-Mamà kienet tħobbu ħafna l-Milied. Għad għandha ħafna affarijiet, kieku ġa armat bil-purtieri b'kollox. Għandha aktar minn 100 Christmas Father. Naħseb il-Milied daqshekk issa għalija," tistqarr Shasha. Titkellem dwar kemm kienet iffissata f'binha Sven, l-għażiż neputi.

"X'għamlitli meta mar Love Island! Ma riditux imur... iffissata fuq Sven!," iżżid Shasha. Insellmu l-memorja ta' omm Shasha, u ngħidulha kuraġġ. Segwi aktar HAWN


Kyle Zarb