L-attur Kevin De Leonardo kien wieħed mill-mistiedna ta' Sibtek fil-ġimgħat li għaddew u tul l-intervista ħareġ kemm Kevin għandu qalbu żgħira. Kif Ryan semmielu l-familja, Kevin mill-ewwel emozzjona ruħu.

Kevin jikkumenta, "Ir-rispett il-bniedem meta jkun ħaj trid ittihulu." Hu jkompli jsostni dan il-punt meta jgħid, "Meta titilfu l-bniedem tkun taf xi tfisser." F'din il-parti żgur li ħarġet parti oħra ta' Kevin li forsi ftit nies kienu jafu biha.

Kevin jistqarr li għandu problema, "tant niċċajta li meta nitkellem bis-serjetà ma jemmnunix." Ovvjament hu jgħid li dawk li jafuh sew, jafu li hu persuna normali.

Facebook / Kevin De Leonardo


Emil Calleja Bayliss