Ilbieraħ waqt Serataron tnejn mill-mistednin Carlos Farrugia u Toni Busuttil spiċċaw kellhom jirreċtaw xena ta' swat live fuq il-programm, fejn jidher li kulħadd prova jagħmilha realistika kemm seta'! 

L-ewwel ma beda jsawwat kien Toni lil Carlos, bil-ħoss tal-frosta jispikka. Wara Carlos prova din il-biċċa xogħol tas-swat il-preżentatur Ron ukoll, u Toni jgħid, "Kemm ilni nistennieh dan il-mument!". Carlos qasam anke memorja minn waħda mill-produzzjonijiet li ħadem fil-passat, fejn kellu taparsi qed jiġi msawwat ma' kolonna u qed iweġġa'. Imma vera kien iweġġa'?

Segwi aktar hawn taħt.


Kyle Zarb