Waqt il-programm Grilling, li jintwera fuq ONE, tkellmu l-ġenituri tal-mibki Jake Vella, Maruska u Josie. Isemmu kif qabel inqabdet tqila Maruska l-ewwel darba, ħadmu fuq id-dar tagħhom, gawdew il-ħajja miżżewġa.
Wara perjodu ta' żmien bdew jaħsbu għat-tfal. Maruska tirrakkonta dwar l-ewwel darba li nqabdet tqila, u kif wara tliet xhur sfortunatament tilfet it-tarbija.
"Inqbadt tqila, u wara qisu tliet xhur kelli miscarriage. Ħadnieha bi kbira ħafna għax kien l-ewwel baby tagħna. Imbagħad qisu għaddew sena, sena u nofs oħra u pjanajna għal baby ieħor... Kien ħa jkollna lil Jake, imma ma' Jake kien se jkun hemm baby ieħor."
Maruska u Josie jaqblu li l-miscarriage kienet esperjenza iżjed diffiċli fejn kienu diżappuntati immens u bkew ħafna.
"Għaddew qisu sena u nofs u erġajt kont tqila. Kelli telfa wkoll ma' Jake, kienu ħa jkunu tewmin. Tlift tarbija minnhom. Imbagħad kellna lil Jake," tgħid Maruska. Josie jsemmi dwar is-sentimenti li ħassew malli kellhom lil Jake.
"Tippjanalu ħajtu. Diġà tibda timmaġinak nannu, tarah bit-tfal, bil-mara miżżewweġ u hekk, imma l-ħajja taf tkun mod ieħor." Segwi l-intervista sħiħa HAWN