Il-Vlogger popolari Belle, f'intervista ma' Gwida.mt tkellmet fuq il-bidu tal-karriera tagħha bħala vlogger. Hi tgħid li kollox beda minn aċċident bil-karozza. Belle kienet qed issuq u vettura tidħol fiha, b'konsegwenza li jkollha tagħmel operazzjoni. Belle kienet taħdem bħala xuffiera tat-TAXIs u Xarabanks. 

Skip Ad in 5 seconds Skip Ad

Fl-intervista Belle tgħid li baqgħet tibża ssuq u l-ħabta affetwatha mhux ħażin. Belle tistqarr magħna li b'konsegwenza wkoll tal-Covid-19, tilfet xogħlha bħal ħafna nies. Belle waħidha d-dar xtaqet tagħmel xi ħaġa biex tgħin lilha nnifsiha u tferraħ lill-oħrajn. Kien għalhekk li zitha ħeġġitha tibda tagħmel il-filmati b'xandira diretta fuq Facebook. Ġimgħa wara ġimgħa, Belle bdiet tikber fil-popolarità u bdiet tgħin lil ħafna nies. Min isegwi lil Belle jaf kemm din il-mara tgħin lin-nies. Kien hemm min sabitlu post fejn jgħix, min sabitlu donatur tal-ħrieqi etċ... 

Biss Belle kienet tagħmel dan b'mod volontarju, filwaqt li hi kienet mingħajr xogħol. Tagħmel 7 xhur tiekol minn dak li ġemmajt, ir-riserva tibda tonqos. Iżda Belle, għodwa waħda tirċievi telefonata mingħand xi ħadd li kien isegwieha u jgħidilha biex tmur tiltaqa' miegħu. Belle ħasbet li din kienet xi ċajta, iżda għamlet il-kuraġġ u marret. "Kien qisu r-rigal tiegħi!" tgħid Belle fl-intervista, għax dan il-persuna joffri xogħol lil Belle. 

Tiskanta meta tagħmel il-ġid, jiġri f'dahrek u hekk ġralha Belle! Belle aħna nawgurawlek minn qalbna. Kompli ferraħ lin-nies, kompli tkellem u kun ta' vuċi għall-ħafna nies! 


Anthony Baldacchino