L-ambaxxattriċi Maltija għall-Junior Eurovision 2022 Gaia Gambuzza, ilbieraħ telgħet Yerevan fl-Armenja biex tibda l-ġimgħa tal-produzzjoni għall-ispettaklu ta' din is-sena. 

Gaia ingħaqdet mal-kantanti l-oħra waqt iċ-ċerimonja tal-ftuħ li tant irċeviet kummenti sbieħ wara l-atmosfera mill-isbaħ li kien hemm b'dekorazzjonijiet u viżwali mill-aqwa. 

Waqt is-serata finali ta' nhar il-Ħadd bit-tema Spin The Magic, il-kantanta Maltija ser tkun qed tkanta fir-raba' post fost 16-il kanzunetta. Gaia qed tirrappreżentana bil-kanzunetta Diamonds In The Sky. 

Gaia kitbet fuq il-profil tagħha dwar din l-esperjenza speċjali li kellha lbieraħ kif ukoll dwar kemm tinsab kburija li qed iġġorr isem Malta. "Kburija li xejjirt il-bandiera Maltija waqt il-mument tat-tapit l-aħmar."

Awguri mill-qalb Gaia!


Kyle Zarb