L-ewwel xita f'pajjiżna ġeneralment dejjem tkun qawwija u tista' tgħid li dejjem taħsad lill-pajjiż. Ċertu postijiet jispiċċaw jiġu affettwati aktar minn postijiet u lokalitajiet oħra ġo Malta dan dejjem jiddependi mill-mod kif jolqot il-maltemp.

Filmat li qed idur fuq il-midja soċjali huwa dak tat-triq bejn San Ġiljan u Pembroke. Dik it-triq spiċċat mgħerqa kompletament, bl-ilma tax-xita jwassal sa maċ-ċint li jifred it-triq minn mal-għelieqi.

Fil-filmat jidhru żewġ karozzi li lbieraħ spiċċaw staġnati f'dawk l-ilmijiet li ħakkmu l-pajjiż. Fil-filmat tidher Landrover għaddejja minn hemm filwaqt li dawn iż-żewġ karozzi bdew jiċċaqilqu mal-kurrent.

Din it-triq għerqet darbtejn fl-aħħar jiem. Jidher biċ-ċar li hemm bżonn titieħed azzjoni sabiex l-ilmijiet jimxu fl-għelieqi tal-madwar minflok jispiċċaw staġnati fit-triq u jikkawżaw tant u tant ħsarat, barra li jispiċċaw ukoll jagħlqu t-triq.

Fuq il-midja soċjali kien hemm min qal li kulma jrid isir hu li jinqalgħu xi żewġ kantuni minn taħt sabiex l-ilma jkun jista' jinżel fl-għelieqi. Kien hemm oħrajn li qalu hemm bżonn isir tindif tas-sistemi preżenti filwaqt li jiġi mfassal pjan aħjar.

@spalacios44

##malta ##fyp

♬ La Jeepeta - Remix - Nio Garcia & Anuel AA & Myke Towers

TikTok / spalacios44


Emil Calleja Bayliss