Kantera kienu mistiedna fuq il-programm ta' Dorianne Mamo u Carlo Bog Bonaci fejn tkellmu magħhom dwar kif beda l-grupp. "Kulħadd ġej bl-ideat u l-ħsibijiet tiegħu..." jispjega George minn Kantera. Il-membri kollha ġew minn sfond mużikali differenti, u ngħaqdu lkoll flimkien.

Claudio jsemmi anke xi ħaġa li ser tkun qed titħabbat aktar tard din is-sena, sewwa sew fl-14 ta' Settembru - album ġdid b'kanzunetti li diġà ħarġu u anke xi oħrajn ġodda. "Vjaġġ Sabiħ huwa kontinwità ta' dak li diġà għamilna fis-snin minn meta bdejna, u ħa jwassalna għall-album, ħa nagħmlu ġabra tal-kanzunetti tagħna..." 

Ħerqana biex tisimgħu dan l-album ġdid ta' dan il-grupp lokali b'ħoss folkloristiku?!

Facebook/ Kantera


Kyle Zarb