Raisa Marie Micallef hi waħda mill-parteċipanti li rajna waqt X Factor Malta fl-ewwel staġun. Fl-ewwel audition hi kienet kantat il-kanzunetta Prayer, liema interpretazzjoni ngħatat erba' IVA. Il-kantanta tista' tgħid intgħoġbot mill-ġurija tant li baqgħet għaddejja saċ-Chair Challenge.

Dan mhux biss! Wara tliet snin it-talent ta' Raisa jidher li reġa' għamel ħoss barra minn xtutna hekk kif X Factor Global għadhom kif ippubblikaw il-prestazzjoni tagħha mill-ewwel audition. It-tim ta' X Factor Global isejjaħ lill-audition bħala "ambizjuża."

Hu ta' unur għal Raisa u għat-talent Malti li naraw lill-artisti lokali jħallu impatt pożittiv b'mod internazzjonali. Prosit Raisa!


Kyle Zarb