Waqt il-maratona ġbir ta' fondi fuq Araniissa fejn il-missjoni ta' għajnuna kienet għal dawk il-pazjenti tal-Covid fil-Peru, Joseph Chetcuti flimkien mat-tim tiegħu rnexxielhom jiġbru s-somma sabiħa ta' €68,340 għal Fr. Ray Portelli.
Din is-somma ħa tmur biex jinxtara apparat sabiex jgħin lil dawk il-pazjenti li jkollhom bżonn jintefgħu fuq apparat speċjali biex ikunu jistgħu jirkupraw mill-Covid-19 u ħajjithom ma tibqax aktar fil-perikolu.
Fl-aħħar tal-programm, xħin Joseph ġie biex iħabbar is-somma finali, beda jaqbeż u jgħola bil-ferħ, għax kien kuntent immens li grazzi għall-Maltin u Għawdxin, ħa jkun jista' jippreżenta somma mill-isbaħ lil Fr. Ray Portelli.
Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt, ngħidu prosit lil Joseph u t-tim ta' Araniissa għal ħidma tagħhom u wkoll nawguraw lil Fr. Ray Portelli għall-ħidma tiegħu. Il-Mulej iżomm idejh fuqu ħa jkompli jagħmel tant u tant ġid.
Facebook / Joseph Chetcuti