Ilbieraħ, it-tenur Andrea Bocelli kien qed jiċċelebra għeluq sninu. Hu għalaq 61 sena u t-tenur Malti ma setax ma jħallix messaġġ biex jawgura lil ħabib tiegħu f'dan il-jum. Lil Andrea rajnieh f'kunċert ma' Joseph Calleja x-xahar li għadda, barra minn hekk rajnieh ukoll jagħmel dwett ma' Nicole Frendo u Ira Losco.

View this post on Instagram

A post shared by Joseph Calleja (@maltesetenor) on

F'messaġġ ħelu u qasir, Joseph awgura lil ħabib kbir tiegħu l-isbaħ xewqat u rringrazzjah ukoll għal kunċert mill-aqwa li kellna x-xorti li jkollna ġewwa pajjiżna. Din kienet it-tieni darba fl-aħħar tliet snin li l-mistieden speċjali ta' Joseph Calleja kien Andrea Bocelli, din turi l-ħbiberija sinċiera u r-rispett kbir li hemm bejn dawn iż-żewġ artisti kbar.

Michele Agius - Facebook / NnG Promotions


Emil Calleja Bayliss