Tom u Jerry ilhom jippruvaw joqtlu lil xulxin għal 80 sena - u issa, se jkomplu l-logħba tal-qattus u l-ġurdien fuq l-iskrin il-kbir, f’film ġdid skedat biex joħroġ fit-teatri f’Marzu ta’ 2021.

Il-qattus u l-ġurdien se jieħdu sehem f’‘Tom and Jerry,’ film ibridu ta’ azzjoni diretta u animata li jara t-tnejn li huma f'lukanda ġo New York.

L-istudjows qegħdin temporanjament jiskedaw il-blockbuster films għal 2021, bit-tama li l-każijiet tal-Coronavirus jonqsu u jkun sigur li n-nies jerġgħu jinġabru fit-teatri u cinemas.

X’jidhirlek mit-trailer? Se tarah dan il-film il-ġdid?

Facebook/Tom and Jerry


Nicole Barbara