Fil-ġimgħat li ġejjin għandna naraw ir-ritorn ta' John Bundy fuq it-televiżjoni lokali. John Bundy ftit tal-jiem ilu nieda filmat fejn qed jitlob lin-nies japplikaw sabiex jieħdu sehem fi kwiżż li ħa jkun qed jixxandar fuq ONE.

Dan ħa jkun ir-ritorn tiegħu għat-televiżjoni lokali. Dan l-aħħar John ingħaqad mal-familja ONE hekk kif beda jippreżenta fuq l-istess stazzjon. Aħna minn qalbna nawgurawlu f'dan il-proġett u nħeġġu lil dawk interessati għall-sfida sabiex japplikaw għal dan il-kwiżż. Jidher li hemm diversi premji x'jintrebħu u ċertament li ħa tiddevertu.

Dawk interessati jistgħu jidħlu HAWN għal aktar dettalji. Awguri.


Emil Calleja Bayliss