Il-preżentatur John Bundy minn dejjem irnexxielu jikseb suċċess bil-programmi televiżivi tiegħu. Il-pubbliku jkun qed jistenna li jarah minn skeda għall-oħra u bir-ritorn tiegħu Bundytime, ċertament li reġa' qanqal l-interess minn bosta telespettaturi.
Jidher li l-programm Bundytime ser ikun qed jirritorna minn Ottubru, kull nhar ta' Sibt fid-20:50 fuq TVM. Dan ifisser li John se jkollu jerġa' jħabbat wiċċu mal-ġlidiet li jkollhom Hardy u Rocky kważi f'kull programm tista' tgħid.
John ftit ilu qam maħsud, għax ftakar la l-programm ser jirritorna, se jkun qed jisma' xi argument bħal dan li kellhom hawn taħt!