Fuq il-paġna ta' Mużika Mużika għadu kemm ġie uffiċjalment imniedi l-vidjo mużikali tal-kanzunetta Bla Tarf kantata minn Kurt Calleja, li biha rebaħ l-edizzjoni ta' din is-sena tal-festival Malti.

Il-vidjo jagħti xenarju perfetta tal-messaġġ tal-kanzunetta u l-emozzjoni tinħass preċiżament. Stajna naraw anke xi bdil żgħir fil-kanzunetta Bla Tarf, fejn Kurt kompla jagħti lil din il-kanzunetta aktar passjoni u emozzjoni.

Jitkellem il-Ministru Owen Bonnici dwar dan il-festival li tant ta ġieħ lil-lingwa Maltija u t-talent lokali. Jissemmew ukoll ir-regoli li ħarġu għall-edizzjoni li jmiss ta' Mużika Mużika.


Kyle Zarb