Brendan Farrugia ħejja dak li l-għarusa tiegħu żgur li qatt ma stenniet li ħa ssib ma' wiċċha f'nofs id-defilè tal-karnival. Waqt iż-żifna Marry You ta' Bruno Mars imtella' mill-kumpanija Beqqu. Stiefnu & Friends.

Brendan jidher li hu fantatiku kbir tal-karnival tant li għal matul il-festi tal-karnival, Brendan jagħlaq il-ħanut tiegħu Bren'Stylist sabiex ikun jista' jgawdi dan il-perjodu. Din is-sena kellha biċċa xogħol oħra fuq idu tul dan iż-żmien.

Dan għaliex hu staqsa lit-tfajla tiegħu Yanika mistoqsija importanti ferm. Brendan talab lil Yanika sabiex issir martu u kif tistgħu ssegwu fil-filmat, ir-risposta ta' Yanika kienet waħda li żgur li niżlet għasel ma' Brendan għax ir-risposta tagħha kienet iva.

Naħseb li ftit stenniet li minn tant postijiet Bredan ħa jipproponielha f'nofs id-defilè imma s-sorpriża kif tistgħu taraw ħadmet. Aħna nawguraw minn qalbna lil Brendan u lil Yanika kull suċċess fir-relazzjoni tagħhom. Żgur li l-imħabba u r-rispett li għandhom lejn xulxin ħa jibqa' jikber u jitkattar matul is-snin.

Facebook / Yanika Micallef


Emil Calleja Bayliss