Ftit tal-ħin ilu għadu kif tħabbar minn Festivals Malta li ser jirritorna l-Festival Kanzunetta Maltija bl-isem ta' 'Mużika Mużika'. Dan ser isir bejn it-18 u l-20 ta' Marzu 2021.

Ir-regolamenti u aktar linji gwida għall-kantanti, awturi u kompożituri jistgħu jiġu aċċessati minn https://www.muzikamuzika.org. L-applikazzjonijiet ser jinfetħu bejn it-28 u t-30 ta’ Ottubru 2020.

Din hija aħbar sabiħa għalina. Inħeġġukom tkun parti minn dan il-festival ta' mużika Maltija!

Dan il-proġett seta' jkun possibbli bil-għajnuna tal-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, L-Arti u L-Gvern Lokali (KulturaMalta).

Ritratt: Facebook/ Mużika Mużika - Festival kanzunetta Maltija


Clifford Galea