Pierre Farrugia, li ta’ spiss ikun waqt xi avventura madwar il-gżejjer Maltin, għamel sejba waqt il-vjaġġ tiegħu lejn il-Ġżejjer ta’ San Pawl.

Waqt li kien miexi huwa skopra diversi lapidi li jfakkru lil xi ħadd mejjet. Fuq il-paġna ta’ Pierre, fejn xerred xi ritratti tal-lapidi, persuna bl-isem ta’ Kevin Ray ikkummentalu u qallu li waħda minn dawk il-lapidi kienet ta’ missieru. Ray spjega li missieru kien ġie f’Malta għall-vaganza u Malta vera ogħġbitu, tant li meta reġa ġie hawn ma’ familtu qalilhom sabiex meta jmut jixħtu l-irmied f’San Pawl il-Baħar. Dawn hekk għamlu u s-sejba li għamel Pierre Farrugia kien il-mafkar li għamlu lil Reg Ray meta miet.


Henzley  Bezzina