It-tradizzjoni tal-Ġostra għadha għaddejja bil-kbir ġewwa x-Xlendi, tifkira ħelwa tal-wirt kulturali tagħni iżda fl-istess waqt logħba kompetittiva li fiha jirnexxu l-aqwa biss. Diversi kienu dawk li nġabru mhux biss biex jaraw l-avveniment sportiv iseħħ, iżda saħansitra jittantaw xortihom jagħmlu l-almu tagħhom biex ma jiżolqux għal isfel!
Sensiela ta’ filmati mtellgħin mill-paġna Xlendi Ġostra fuq Facebook juru biċ-ċar kemm għad hemm ħerqa u xenqa għal din il-logħba ġewwa l-villaġġ Għawdxi. Fatt kurjuż hu li l-ġostra hi organizzata mill-knisja, il-kompetittur Steve Xuereb ħareġ bħala r-rebbieħ ta’ din is-sena. Minbarra l-logħba għall-adulti, kien hemm ukoll il-logħba għat-tfal u ż-żgħażagħ li saret il-ġurnata preċedenti.
Il-Ġostra ssir bħala waħda mill-ispettakkli ewlenin tal-villaġġ, fil-ġimgħa li tkun qed tiċċelebra l-festa tagħha ddedikata lill-Madonna tal-Karmnu.
Facebook / Xlendi Gostra