Donnu dan l-aħħar ma nistgħux nieħdu r-ruħ, wara l-imxija tal-Covid-19 madwar id-dinja u mard ieħor, fl-Indja intlemaħ dak li qed jissejjaħ aljen. Il-filmat ittieħed is-Sibt li għadda ġewwa Jharkhand Hazaribagh, filmat ta' 30 sekonda li spiċċa mar viral minħabba n-natura tiegħu.

F'dan il-filmat tintlemaħ figura li qisha aljen jew xi spirtu. Fil-filmat, dawk li jkunu għaddejjin bil-muturi jgħidu li l-kreatura sopranaturali saħħara filwaqt li l-oħrajn anqas biss jażżardaw jersqu viċin tagħha.

Din ikkawżat sensazzjoni kbira fuq il-midja soċjali. Int x'taħseb li hu eżatt?


Emil Calleja Bayliss