TEN08 huwa grupp ta' divertiment, li jipproduċi festivals tal-mużika u produzzjonijiet teatrali fuq skala nazzjonali. Dawn l-aħħar xhur minħabba l-isfidi li ġabet magħha l-pandemija kienu kemxejn kwieti iżda lbieraħ filgħaxija ġie mniedi l-aħħar proġett tagħhom.

"Fit-tielet anniversarju mill-mewt ta'Avicii, TEN08 ifakkar lil dan l-artist internazzjonali bil-video mużikali A.V.I.C.I.I.", fejn l-idea hija li jiġbdu voluntiera fl-għażla ta’ strumenti ideali għalihom.

Glen Vella u Jasmine ingħaqdu ma' dan il-proġett flimkien ma' numru ta' mużiċisti mill-aqwa taħt id-direzzjoni tal-Mro. Jonathan Abela. Aħna ħa nħallukom isegwu dan il-proġett hawn taħt u jekk jogħġobkom aqsmuh ma' ħaddieħor.


Emil Calleja Bayliss