Belle kienet waħda mill-mistiedna tal-programm Distintivi li jixxandar kull nhar ta' Tliet fuq ONE. Id-diskussjoni ta' din il-ġimgħa kienet dwar il-magħmul u l-qari tax-xorti. Waqt id-diskussjoni qamu diversi punti interessanti.

Il-kantanta lokali Nicole Hammett, tkellmet dwar l-ossessjoni ta' ċerti nies li għalkemm ħafna drabi ma jkunx fiha ħażen, meta tibqa' sejra għal żmien twil taf iddejjaq lil dak li jkun. Punt li Belle qablet fuqu magħha għax tgħid li mhux l-ewwel darba li esperjenzat xi ħaġa bħal din.

Belle tesprimi l-opinjoni tagħha wkoll dwar is-saħta u l-magħmul u tistqarr li temmen li din issir. Hi tgħid li dak li jkun m'hemmx bżonn imur għand xi ħadd biex jagħmel dan, iżda jekk verament ikun jixtieq id-deni lil xi ħadd minn ġewwa fih, dak id-deni kapaċi jsir reali.

Hi taqsam esperjenza personali u tgħid li fl-aħħar mill-aħħar, anke meta ma kinitx persuna pubblika kienet tgħaddi minn żminijiet hekk, bħal kulħadd. Aħna ħa nħallukom issegwu d-diskussjoni hawn taħt u tifformulaw il-ħsibijiet tagħkom.

Facebook / Distintivi


Emil Calleja Bayliss