Bil-Filmat: "Jiena Lil Faith Ma Stajtx Inlibbisha L-Ħwejjeġ Li Kelli Preparati Għaliha Fil-Gwardarobba" – Graziella, Omm Faith

Fl-aħħar podcast li ppubblikajna ta’ Kellymni, Melanie Kelly tkellmet ma’ Graziella Bartolo Pizzuto, li ħafna jafuha bħala omm Faith, ta’ Up & Up with Faith. Dawn l-aħħar ħames snin kien xi ftit jew wisq ta’ sfida għal Graziella, iżda xorta waħda tistqarr li lil Faith il-familja tagħha kellhom bżonnha.

Faith twieldet bil-kundizzjoni tad-Down Syndrome u minn hemm beda vjaġġ li qatt ma stenniet. Graziella tirrakkonta dwar ix-xokk li ħadet meta twieldet Faith, minħabba li ma kellha ebda idea li se titwieled b’din il-kundizzjoni.

Graziella titkellem bl-iktar mod onest u tgħid, “Tara kollox jisfaxxa quddiemek… tkellimt ma’ ommijiet oħra li għaddew mill-istess esperjenza tiegħi, u ħafna naqblu mal-istess ħaġa. Fil-verità dak il-ħin qisek tlift it-tarbija li kont qed tistenna…”

Issemmi anke dak li ħasset meta rritornaw lura d-dar. “Nitkellem fuqi, jiena lil Faith ma stajtx inlibbisha l-ħwejjeġ li kelli preparati għaliha fil-gwardarobba. Dawk ma kinux għal dik it-tarbija. Ma stajtx nagħmel konnessjoni mat-tarbija li għandi quddiemi.”

Madanakollu żammet l-istess isem, għax is-sinifikat tiegħu kien jagħmel ħafna sens qabel it-twelid ta’ Faith u baqa’ jagħmel ħafna sens wara li twieldet. Omm Faith tkompli tistqarr is-sentimenti li għaddiet minnhom u kif maż-żmien aċċettat ir-realtà.

Segwu aktar hawn taħt:





Facebook/ Graziella Bartolo Pizzuto



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI