Raissa Borg, nafuha minn fuq TikTok u rajnieha wkoll timmudella, minkejja l-kuraġġ u d-determinazzjoni tagħha hi titkellem dwar il-problemi ta' saħħa mentali li tgħaddi minnhom. Problemi li jmorru lura minn meta Raissa kienet għadha biss tifla.

Hi tistqarr li meta kienet żgħira, il-ġenituri tagħha sseparaw u l-għażiż missierha kien id-dinja għaliha. Sfortunatament, ta' 9 snin Raissa sfat abbużata sesswalment. Tgħid li anqas temmen li għadha hawn wara li għaddiet minn dan kollu, għax anke kemm-il darba ħasbet fis-suwiċidju. Iżda dejjem baqgħet issib is-saħħa minħabba missierha.

Missierha għadda għall-ħajja ta' dejjem tliet xhur ilu. Illum tieħdu medikazzjoni apposta biex tgħinha ma' dawn l-isfidi. Min jaraha hemm barra jaħseb li Raissa m'għandhiex dawn il-problemi għax ħafna drabi tidher ferrieħija.

Hi ttemm tgħid, "Il-kuraġġ m'għandhiex idea minn fejn ġibtu, imma hemmhekk qiegħed."


Emil Calleja Bayliss