Fuq il-programm Popolin, ġiet diskussa l-istorja ta’ Jean Paul Sofia li miet wara li waqgħet binja f’Kordin lura fit-3 ta' Diċembru 2022. Titkellem il-familja tiegħu għall-ewwel darba, fosthom kuġintu Kelly Scerri De Carlo.

Kelly u l-kuġini l-oħra, kif ukoll ħabiba tiegħu tal-qalb, ilkoll tkellmu dwar il-memorji mill-isbaħ li għandhom tal-mibki Jean Paul. Kelly ssemmi diversi kliem li kien jgħid Jean Paul u li dejjem żammitu f'moħħha. 

Fil-funeral ta' Jean Paul, dehret biċ-ċar l-imħabba kbira li kellhom lejh sħabu u dawk kollha li kienu jafuh. Tqassmet anke sticker b'kuljomu Sofia, li Jean Paul kellu mwaħħla fuq il-karozza. Apparti li weħluha fuq il-karozzi tagħhom, ħolqu anke forma ta' tattoo.

"Jien u sħabu kollha għamilna tattoo ta' din l-istess sticker," tgħid Kelly. Segwi l-intervista hawn taħt.


Kyle Zarb