Illum fuq Instagram Melanie Kelly tefgħet erba’ filmati ma’ Andreana DeBattista fejn wara li ħallewna tlett ijiem bil-kurżità, fl-aħħar Andreana spjegat għalfejn hi u Melanie huma il-wiżgħa ta’ Filfla.

Tispjega li żmien ilu, meta Malta, Għawdex u Filfla kienu għadhom kif inqasmu u saru gżejjer apparti, il-wiżgħat differenti li kien hemm waqfu jitħalltu ma’ xulxin. Minħabba f’hekk, evolvew speċi differenti ta’ wiżgħa, u l-wiżgħa li nsibu fuq Filfla mhix l-istess bħal ta’ Malta.

Melanie
Ritratt: Facebook/Melanie Kelly

“Jien u Melanie il-wiżgħa ta Filfla għax tant ilna dejjem flimkien u iżolati mill-oħrajn illi sirna qisna ħaġa waħda! Nirraġunaw l-istess, naħsbuha l-istess.”

Melanie
Ritratt: Facebook/Melanie Kelly

Iżda Andreana tgħid li żgur ma jitilfuhiex l-istess għax Melanie taqbżilha malajr! Intom irnexxilkhom taqtgħu?

Facebook/Andreana DeBattista


Nicole Barbara