Ħafna żgur li jixxukjaw ruħhom bi stqarrija hekk, iżda dik l-istqarrija li r-raġel tagħha George qallilha kienet stqarrija vera ta' mħabba fejn jixtieq juri l-apprezzament tiegħu u jibqa' jdur biha sal-aħħar nifs ta' ħajtu. "

Ħsieb verament sabiħ minn naħa tar-raġel ta' Mariella fejn fiha toħroġ l-imħabba u r-rispett lejn xulxin. Hi tistqarr li ħassietha tosta meta semgħet dan il-kliem l-ewwel darba, qabel fehmet x'ried jgħid bih eżatt!

Ovvjament, kif ħabbarna aktar kmieni fuq Gwida.mt, mistiedna ma' Mariella kien hemm il-kelba tagħha Barbie. L-imħabba lejn Barbie hija waħda evidenti ferm, Mariella rabbietha qisha t-tifla tagħha tant u hekk li dejjem bil-ħwejjeġ.

Mariella tgħid li Barbie mhux nieqsa mill-attenzjoni minħabba l-fatt li hi u r-raġel tagħha George jkunu ħafna magħha d-dar. "Kieku l-bnedmin kienu bħal klieb, kieku l-umanità hija ħafna aħjar milli hi", hekk tistqarr Mariella Pace Asciak. Mariella titkellem kif il-klieb joffru: "Imħabba bla kundizzjoni, imħabba sinċiera, imħabba li taf li ġejja mill-qalb."

Hi tistqarr li l-annimali jġibu l-ferħ iżda tagħmel appell li l-ebda annimal ma għandu jkun rigal tal-Milied. Ir-rispett tal-annimali huwa tant kbir, tant hu hekk li Mariella żżid: "Illum tiskanta meta bniedem jgħidlek il-verità, mhux meta jkun qed jigdeb!"

JJ Chircop


Emil Calleja Bayliss