Gwida.mt kmieni dalgħodu għamel kuntatt ma’ familja Maltija milquta bil-Coronavirus. L-identità tal-persuni mhux ser tiġi ippublikata minħabba privatezza. L-omm ta’ tifel tixtieq tirringrazzja lil Leah Briganno, tifla tampar it-tifel tagħha li fuq Gwida.mt talbet għat-tifel

Il-familja ta’ dan it-tifel qegħdin jgħixu fid-dar tagħhom taħt kwarantina. S’issa t-tifel jidher li fieq mill-virus għax is-sintomi m’għadhomx hemm. Sħab it-tifel qed iċemplulu bis-saħħa ta’ messenger u jaraw li kollox sew. “Qed jimmisjahom ħafna u jsemmiegħhom il-ħin kollu” tgħidilna l-omm. L-omm tistqarr li “t-tifel ma kellux għalfejn ikun l-isptar għax it-tfal ifiequ malajr. Imma l-virus vera jittieħed malajr għax fil-verità sagħtejn għamel ma’ dan il-membru tal-familja”.

Wara li sabu li din il-persuna qrib il-familja għandha l-virus, kellhom joqgħodu kwarantina. 3 tijiem biss wara l-kuntatt, it-tifel ħass id-deni u ftit sogħla. L-omm tgħidilna li t-tifel għamel jumejn bil-virus u issa jinsab tajjeb ħafna għalkemm s’issa għadu ma sarx it-testijiet neċessarji.

Aħna nawguraw lil din il-familja aktar saħħa. Ara l-messaġġ li bagħtilkom dan it-tifel:

Advert ends in 0 seconds

Anthony Baldacchino