Il-pariri ta' Josephine u d-diskussjonijiet li tqajjem waqt Ta' Filgħodu, qed ikunu qed jistennewhom bi ħġarhom it-telespettaturi! Fl-aħħar jiem Josephine tkellmet ma' Ray dwar il-famuża ċippa taħt il-ġilda li hawn min qed jagħmel biex ikun jista' jħallas biha.

L-ewwel reazzjoni tagħha kienet, "U le! Jiena naħseb issa se tispiċċa d-dinja!", meta Ray staqsieha x'taħseb dwarha. Josephine tkompli," Qegħdin nagħmlu żżejjed!"

Josephine tgħid li lanqas ċippa fl-annimali ma tara sew, u ħaditha bi kbira meta semgħet dwarha. Fil-kummenti ħafna qablu magħha u appoġġjaw l-argument tagħha, u ċertament li hawn ħafna li jaħsbuha bħalha.

Segwi aktar fil-filmat u għidilna fil-kummenti.


Kyle Zarb