Owen Bonnici jirritorna bil-programm Prime Time, din id-darba b'differenza, dan għaliex qed jilqa' lill-mistiedna tiegħu fil-karozza u waqt li jduru dawra ma' partijiet minn Malta. Pawla jidher li s-sajf ma tantx hu favorit tagħha.

Jidher li minn Marzu tibda tħoss is-sħana u tgħid li s-sajf tajjeb biss għal min ma jaħdimx għax il-mistoqsija tkun f'liem bajja ħa tmur tgħum u xejn aktar. Hi tgħallmet tgħum grazzi għaz-ziju tagħha li kien ħariġha 'l barra u qallha aqdef il-ġewwa.

Pawla tgħid li ma tantx kellha għażla ħlief li taqdef 'il ġewwa. Ommha ma kinitx taf tgħum u missierha kien jibża'.

Facebook / Pawla


Emil Calleja Bayliss