Mhux faċli li tintalab toqgħod fi kwarantina, imma l-perspettiva ta' din is-semmiegħa li ċemplet waqt il-programm Dissett żgur li ħa tbiddillek kif tħares lejn il-kwarantina temporanja li l-awtoritajiet qed jitolbu li ssir.

Din is-semmiegħa qalet li hi ilha fi kwarantina għal 23 sena sħaħ għax qed titlef id-dawl. Hi tappella sabiex il-kwarantina ssir għal ġid ta' dak li jkun u l-familjari tagħhom, kif ukoll għal professuri li qed jieħdu ħsiebhom. Hi tgħid li l-kwarantina tgħaddi wkoll, il-kwarantina tagħha u ta' oħrajn bħalha qatt mhi se tgħaddi.

Is-sinjura tispiċċa billi tgħid, "Ir-rebħa nirbħuha żgur." Ovvjament din tkun possibbli meta wieħed jisma' mill-professjonisti u jieħu l-pariri tagħhom. Jidher li Prof Charmaine li kienet fuq il-programm ħadet gost ferm bil-messaġġ ta' din is-sinjura. Messaġġ li fih ħafna u ħafna x'tifhem.

TVM


Emil Calleja Bayliss