Id-diskors fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet waqt il-programm Ta' Filgħodu ppreżentat minn Stephanie Spiteri ddiskutew is-seħta, jekk jemmnux u jekk jagħmlux xi ħaġa partikolari biex iħossuhom protetti.

Stephanie Spiteri stqarret li hi żżomm magħha ċurkett li kienet għadditilha ommha qabel ma kienet ħallietna u bih hi tħossha protetta. Hi tistqarr li tilbsu fil-bra biex dejjem ikun magħha u jkun sigur. Infatti tgħid li fil-Eurovision saħansitra ħietet dan iċ-ċurkett fil-bra.

Waħda mill-mistiedna penġiet għajn fuq waħda mid-driegħ filwaqt li Lynn Chircop Faure qalet li tħossha sigura aktar grazzi għall-pendent li kienet għadditilha ommha li fuqu fih l-għajn. Antonella Galea Lofreda tgħid li hi meta jkollha bżonn il-protezzjoni tilbes kuruna tar-rużarju bħala salib.

Araw id-diskussjoni hawn taħt!


Emil Calleja Bayliss