It-tabib Joe Ferriggi ppubblika filmat fuq il-profil tiegħu fejn xtaq jgħaddi appell bit-tama li jimxi u jinxtered kemm jista’ jkun u jasal fejn għandu jasal.

Wara l-każijiet koroh li kellna llum, it-tabib Ferriggi xtaq javża li minkejja l-programm tat-tilqim tal-vaċċin għaddej tajjeb f’pajjiżna, s-sodod fl-isptarijiet u fl-ITU qed jonqsu drastikament. Jgħid li l-etajiet ta’ persuni fl-ITU niżlu sa erbgħin. 

Hu jsemmi anke l-esperjenza personali tiegħu hekk kif hu wkoll laqtitu b’mod ikrah il-Covid-19. “Jien għaddejt mill-covid-19… kont fl-ITU, kont fuq ventilatur”. Ferriggi jisħaq li kważi kien miraklu meta fieq hekk kif kien ħażin immens.

Ara aktar l-appell tat-tabib biex nagħmlu moħħna hemm u nkunu responsabbli.


Kyle Zarb