Waqt il-programm Ta' Filgħodu l-kantanta Maria La Barokka tkellmet dwar suġġett li jolqotha anke fil-karriera tagħha. Maria titkellem kif ħafna drabi minħabba l-piż ikun hemm ħafna limitazzjonijiet u anke diskriminazzjonijiet.

"Ħadd ma jista' jinnega li l-piż żejjed huwa ħażin għas-saħħa. Pero ħadd ma jista' jinnega li hemm diskriminazzjoni. Ilni 20 biex naqra l-aħbarijiet; dik tweġġagħni ħafna." Maria ssostni li l-aħbarijiet iridu jaslu bil-ħalq u l-kapaċità u mhux biż-żaqq. 

Maria tkompli dwar studju li sar li l-gvern ħa jagħti 25 ewro għal kull kili li tonqos persuna. Il-ġurnalista u preżentatriċi ma taqbilx magħha u tħoss li wieħed għandu jonqos, għax irid hu u mhux biex jirċievi l-flus. Idħol HAWN u agħfas il-programm Ta' Filgħodu biex issegwi aktar.


Kyle Zarb