Kuljum qed nisimgħu għidut differenti dwar meta ġejja l-Elezzjoni Ġenerali li jmiss. Waħda minn dawn l-għidut hija li l-Elezzjoni se ssir nhar is-27 ta’ Novembru.

JD Patrick ukoll kien bassar li l-elezzjoni se ssir f’din id-data imma xejn għadu ma kkonferma dan uffiċjalment.

It-tim ta’ The Morning Vibe iddeċieda li jċempel lil Lydia Abela sabiex jipprovaw joħdulha minn moħħha u jaraw jekk għandiex xi impenn dakinhar. Abel u JD lagħbuha ta’ parti mit-tim tal-programm Gadgets fejn saqsew lil Lydia jekk tistax taddendi avveniment għal ‘hard launch’ ta’ Gadgets. Għal dan Lydia wieġbet li tista’ tattendi u li mgħandha l-ebda impenn nhar is-27 ta’ Novembru.

Mal-mument li ħasbu li ser tiżvela d-data, it-tim ta' The Morning Vibe ħadu ħasda għalxejn għax Lydia qaltilhom li l-elezzjoni ġejja xi darba bejn Novembru u Ġunju tas-sena d-dieħla u ħalliethom bil-kurżità xorta waħda.

Tgħid għandna noħduha bħala konferma li l-elezzjoni mhix se ssir fis-27 tax-xahar id-dieħel?


Henzley  Bezzina