Ftit jiem ilu fuq il-paġna tal-programm Ta' Filgħodu, rajna lil Diane Nikolic tispjega fid-dettall kif tapplika l-makeup tat-tip magħruf bħala hooded eyes. Ovvjament dan jirrikjedi attenzjoni kbira u konċentrazzjoni, kif urietna tajjeb Diane fil-programm tal-aħħar darba. 

It-tim tal-produzzjoni sfida lill-preżentatur Ray Attard, li sema' b'attenzjoni lil Diane waqt li spjegat, biex id-darba li jmiss jagħmel il-makeup hu fuqha. U jidher li l-isfida laqagħha u daħal għaliha b'ruħu u ġismu. Diane trid jew ma tridx qalet li jkollha tkun il-mudella!

Araw aktar x'ġara fil-programm tal-aħħar darba!


Kyle Zarb