Mhux xi ħaġa komuni li tisma' li anzjan ta' 77 sena ddeċieda li għal għeluq sninu jmur jagħmel sky dive. Imma Frans avventuruż u jżomm ruħu attiv ukoll u fuq il-programm Prime Time jgħid li bla ma qal lil familjari tiegħu, mar jagħmel din l-avventura.

Meta mistoqsi għaliex ma qalx lil mara, hu jgħid kieku kienet tippanikja u tippanikjah ukoll. Minħabba din ir-raġuni, iddeċieda li ma jgħidilha xejn. Hu jistqarr li kien moħħu sigur għax kien f'idejn il-professjonisti.


Emil Calleja Bayliss