Il-kantant lokali AIDAN bħalissa tista' tgħid li jinsab fuq fomm kulħadd bil-kanzunetta tiegħu Naħseb Fik, kanzunetta li rajnieh jikkompeti biha f'Mużika Mużika. Il-kanzunetta spiċċat it-tieni fil-vot tal-pubbliku u fil-ħames post tal-kompetizzjoni, iżda żgur li hi l-iktar kanzunetta li qed tagħmel ħoss.

Ilbieraħ filgħaxija, il-kantant ħareġ il-filmat mużikali tal-istess silta li għandha kliem u mużika tiegħu stess. AIDAN f'kummenti esklussivi lil Gwida qalilna li l-iktar xena li kienet diffiċli biex jiffilmjaw kienet ix-xena tal-ilma. Ir-raġuni hi sempliċi, l-ilma kien kiesaħ silġ. AIDAN jistqarr magħna li ftit jiem wara ħariġlu riħ qawwi, iżda kieku kellu jerġa' jagħmel dan, żgur li jerġa' jgħaddi mill-istess sagrifiċċju.

Il-kanzunetta b'ħoss pop kontemporanju niżlet tajjeb ferm u ċertament li ħa tkun waħda mill-kanzunetti ewlenin tas-sajf 2021. Int segwejtu l-filmat mużikali? Jekk għadek le, issa ċ-ċans tiegħek.


Emil Calleja Bayliss