Illbieraħ John Busuttil u Janice ingħaqdu fiż-żwieġ b’ċerimonja mill-isbaħ ġewwa l-‘Waterfront’ tal-Belt Valletta!

Iċ-ċerimonja tat-tieġ tagħhom kienet imdawra bil-kuluri, bil-fjuri u bil-veduta tal-baħar. B’ħafna emozzjonijiet, huma iddedikaw wegħdiet speċjali lil xulxin biex jesprimu l-imħabba u r-rispett li għandhom lejn xulxin. Janice tgħidlu, “ħafna drabi kien hemm mumenti li ħsibtha ħolma li ma tasal qatt, iżda l-ħolma waslet”

Awguri kbira lil Janice u lill-Bużu!


Shanice Ahar