Il-kantanta u attriċi Michela Galea kienet mistiedna fuq il-programm Tlaqna! mal-preżentatur Dylon Brignone, fejn tkellmu dwar kif bdiet in-namra għall-kant, għad-drama u għall-immudellar.

Michela tisħaq li b'mod naturali l-imħabba għall-kant u d-drama bdew u baqgħu jissaħħu maż-żmien. Hi stess meta kienet iżgħar kienet taqbad oġġetti daqs li kieku kienu mikrofonu, u tkanta.

"Ħdimt fuq il-mużika għax ridt jiena mhux għax imbuttawni." Michela narawha spiss ukoll fuq l-iskrijn tat-televiżjoni tagħna bħala attriċi, bl-ewwel serje jkun D.R.E.A.M.S li sar bejn l-2011 u l-2013. Illum il-ġunata hi wkoll għalliema tad-drama.

Michela hi wkoll mudella, li kisbet suċċessi kbar. Tisħaq li aktar milli passjoni, l-immudellar huwa passatemp. Passatemp li kien ta' suċċess u taha sodisfazzjon kbir.

Hemm irwol ieħor li għadha tixtieq tagħmel apparti dan kollu. Segwu aktar biex taraw x'inhu dan l-irwol!


Kyle Zarb