Illum waqt xandira diretta fuq ir-radju, JD Patrick wera lil kulħadd x’jiġri meta tkun qabżitlu wisq!

Waqt il-programm fuq ir-radju ‘The Morning Vibe’ JD, Abel u Martina bdew jitkellmu fuq l-affarijiet li l-aktar idejquhom fil-preżent. Martina qalet li l-iktar ħaġa li ddejjaqha hi meta JD Patrick jibda jeqred fuq il-problemi li għandu bil-lift. Skontha “kull minuta, kuljum noħorġu barra għall-frisk u nitkellmu fuq il-lift.”

JD inħaraq wara li qaltlu hekk u biċ-ċajt heddidha li jgaralha platt mimli panna. Hi sfidatu u f’daqqa waħda qabad il-platt u ċallsu ma’ wiċċha.

Żgur li Martina ma stennietx li vera ħa jgaralha l-platt mimli panna ġo wiċċha!


Shanice Ahar