Ilbieraħ filgħaxija, JD Patrick kien fuq il-programm Malta Gladiator Trail fejn inqala' mill-post ta' preżentatur u minn fejn ikun issoltu biex jieħu din l-isfida. Naħseb l-erba' kelmiet li qallu Frank għamlu bih u ried jipprova din l-isfida. Ara x'seħħ hawn.
Kif tistgħu taraw JD waqa' fl-ewwel stadju ta' din l-imbierka trail iżda tajjeb ngħidu li ma kienx l-unika wieħed li waqaf f'din il-fażi ta' dan it-trail. Kien hemm atleti oħra li ma rnexxilhomx jgħaddu għall-fażi li jmiss.
Frank wasal aktar minnu imma nistqarru li qatt ma immaġinajna lil JD Patrick ħa jkun qed jipprova din l-isfida wkoll. Min jaf fil-ġimgħat li ġejjin hux ħa naraw lil Xandru u lil Claire Agius Ordway jipprovaw din l-isfida wkoll?