Il-preżentatur u kantant Janvil riċentament spiċċa vittma ta' sħabu stess waqt il-programm ta' kull nhar ta' Sibt The Entertainers. Dan kollu beda meta rċieva telefonata fuq il-programm. Telefonata li jekk it-telespetattriċi twieġeb il-mistoqsija faċli li kien qed jagħmilha Janvil tajba kienet se tieħu rigal!

Jidher li din it-telespetattriċi ma kinitx taf ir-risposta u bdiet titolbu li jsaqsiha mistoqsija dwar kantant li taf hi għax lil Celine Dion qatt ma kienet semgħet biha! Ovvjament, il-preżentatur inħasad u għalkemm kompla magħha deher verament konfuż speċjalment meta beda jtiha r-risposta bil-kuċċarina.

Insomma... naħsbu li għadnilkom biżżejjed. Araw il-filmat u żgur mhux forsi ħa tidħku daħka. Jidher li Janvil bela' ċ-ċajta sa griżmejh!

Facebook / The Entertainment 


Emil Calleja Bayliss