Issa li bdiet il-ħarifa u beda jinbidel it-temp, ħafna jippreferu li joqogħdu u jqattgħu tmiem il-ġimgħa flimkien ma' dawk l-aktar għeżież. Bis-sitwazzjoni preżenti, din hi żgur waħda mill-aktar deċiżjonijiet għaqlija li wieħed jista' jagħmel.

Janvil flimkien mat-tim kollu ta' Spiteri Lucas Entertainment qed jagħmlulek stedina biex ta' kull nhar ta' Sibt tingħaqad magħhom waqt il-programm The Entertainers fuq Net TV. Programm divertenti b'mużika live fejn wieħed ikollu ċ-ċans li jgawdi wħud mill-aqwa talent li għandna fil-pajjiż.

Barra minn hekk, tul il-programm wieħed ikollu ċ-ċans li jsegwi The Entertainers Singing Challenge, kompetizzjoni tal-kant ta' artisti promettenti. Fost il-kantanti li dehru fil-passat insibu lil Michela Pace, Justine Shorfid, Demi Galea, Rachel Lowell, Samira Cauchi, Eliana Gomez Blanco fost ħafna oħrajn.

Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt, nieħdu l-opportunità nawguraw lit-tim ta' The Entertainers.

Facebook / Ian J Vella


Emil Calleja Bayliss