Illum jiċċelebra għeluq sninu l-attur veteran Narcy Calamatta, hekk kif jagħlaq l-età sabiħa ta' 85 sena.

Fost l-irwoli tiegħu hu jibqa' magħruf għall-karattru ta' Wenzu li ħadem b'tant professjonalità waqt Wenzu u Rożi. Rajnieh ukoll fi produzzjonijiet aktar riċenti bħal Għada Jisbaħ Ukoll (2004) u Chalet (2021).

Lil Narcy Calamatta ħafna jafuh fuq it-television jew fit-teatru, kif ukoll fuq ir-radju u fil-ġurnaliżmu. Narcy huwa magħruf bħala wieħed mill-ewwel kollaboraturi ta’ Teatru Malta u wieħed mill-ewwel persuni tat-teatru li ħadem fuq il-proġett tal-Commedia dell’Arte. 

HAWN filmat ukoll fejn tidher xena minn Wenzu u Rożi. Awguri minn qalbna lil Narcy!

Facebook/ Malta Audio Visual Memories


Kyle Zarb