Grazzi għall-Covid, żgur li l-kreattività u ż-żfin ħadu l-ħajja u saru aktar popolari fuq il-mezzi soċjali. Infatti grazzi għal TikTok tista' tgħid li kien hemm splużżjoni sħiħa ta' żifniet popolari!
Waħda minn dawn ix-xejriet taż-żfin kurrenti li għaddejjin bħalissa hija għall-kanzunetta I like to move it, kanzunetta li saret popolari wara li ġiet inkluża fil-film Madagascar. Jekk m'għandekx idea għal liem film qed nirreferu mela sinjal ċar li aħna qed nixjieħu.
Dawn it-trio ta' Filippini spiċċaw jiżfnu fi Triq ir-Repubblika t-Belt Valletta barra l-Parlament u t-Teatru Rjal. Araw naqra x'inhi faqgħa.
TikTok / VMAEurope