Wara li kienet rebħet lill-binha fuq il-programm, "Gourmet Challenge", ix-xwejħa Agnes Spiteri ser terġa tidher! Illum mid-dehra kellhom il-filming tal-programm li mistenni jidher fil-ġimgħat li ġejjin. Agnes jidher li ser tikompeti ma' Dylan Agius. Imma jidher li mhux ħa sajjar biss imma ħa tiżfen!
Dan hu l-filmat li ġibed il-Kaboċċ minn wara l-kwinti. Jidher li ser ikun programm tajjeb! Beħsiebek tarah? Gourmet Challenge jixxandar kull nhar ta' Ħamis fis-18:30 fuq TVM.